Il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li ma riedx il-ftehim li għamel il-Gvern mal-Manchester United għax hawn min ma jżommx magħhom. Fuq programm fuq Net Television, il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, qal li ftehim bħal dan ma kienx jagħmlu u tgħidx kemm ftaħar bi ftehim li Gvern Nazzjonalista kien għamel max-Sheffield United.
Arrigo stqarr: “U mintix tidħol f’polemika li tħobb lil Manchester jew tobbodhom lil manchester. għax ovvjament hemm il-faction l-ieħor li ma jmurx fejn il-manchester qiegħed tirreklama.”
Ditti kbar bħal Adidas, Chevrolet u Aeroflot huma assoċjati mal-klabb ta’ Manchester United hekk kif l-ikbar ditti fil-qasam kummerċjali jinvestu l-miljuni biex ikunu assoċjati ma’ dawn ix-xorta ta’ klabbs.
Dan hekk kif l-investiment irendi bil-kbir bil-partitarji tal-Machester United, f’dan il-każ, huma mifruxa madwar id-dinja kollha.
Fil-fatt, il-Gvern għażel lil Manchester United biex ikun qiegħed jidħol fi swieq imbiegħda bħall-Ażja u l-Istati Uniti fost oħrajn.
Persuni midħla tas-settur turistiku diġà bdew jikkummentaw kif f’każ hekk il-kunsiderazzjoni għandha tkun purament kummerċjali u mhux is-simpatija ta’ min qiegħed jieħu d-deċiżjonijiet.