Il-Viċi Kap Nazzjonalista Robert Arrigo, magħruf li kien leali lejn Adrian Delia u fl-elezzjoni għal Kap bejn Delia u Bernard Grech, kien wara l-eks Kap, issa talab lil Roberta Metsola biex tgħin lill-Partit Nazzjonalista.
“Please help us Roberta”, kiteb fuq twitter Arrigo b’referenza ċara għall-President tal-Parlament Ewropew.
Arrigo qal dan wara li Bernard Grech saħaq li hu se jibqa’ Kap tal-Partit Nazzjonalista u se jfittex biss il-konferma.