Fl-ewwel attività tal-festi tal-Indipendenza, il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Robert Arrigo kkonferma li l-Partit Nazzjonalista reġa’ beda bl-iskema ċedoli, skema ta’ self sigriet maħsuba biex il-PN idaħħal flejjes kbar. Kien fi żmien Simon Busuttil li Ann Fenech, eks President tal-Kumitat Eżekuttiv, tat bidu għall-hekk imsejħa skema ċedoli, u l-Partit Nazzjonalista dejjem insista li jostor l-ismijiet ta’ dawk li jkunu taw l-eluf lill-Partit Nazzjonalista.
Dan anke jekk kien hemm il-kritika li din tmur kontra l-ispirtu tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti.
L-istess qed jiġri llum. Fuq il-Fososm Robert Arrigo qal li reġgħu li l-iskema ta’ self sigriet bdiet mill-ġdid fuq għaxar snin b’self ta’ 4%.