Il-Viċi Kap Nazzjonalista Robert Arrigo nhar l-Erbgħa ma marx il-parlament jivvota favur sitt liġijiet li ressaq il-Gvern immirati li jagħmlu r-riformi fil-ġudikatura, tisħiħ fis-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba.
Minflok mar għal dan il-vot storiku, Arrigo għażel li jmur jikkampanja għal Adrian Delia sabiex il-kunsilliera jagħżlu li jmorru biex it-tesserati jivvotaw għal vot ta’ fiduċja f’Adrian Delia.
Fuq it-Times ġie rappurtat li d-deputati Nazzjonalisti li sfiduċjaw lil Adrian Delia kienu irritati bin-nuqqas ta’ vot ta’ Arrigo.
Insistew li dan ma kienx il-mument li Robert Arrigo iġib l-interess tal-partit qabel l-interess tan-nazzjon.
Iżda mat-Times ukoll Arrigo qal li vot kien se jittieħed fis-sebgħa ta’ filgħaxija iżda kellu zewġ attivitajiet politiċi fil-ħamsa u fis-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija. Qal li fl-aħħar minuta l-vot mexa għas-sitta ta’ filgħaxija u Arrigo ma kienx fil-Parlament, iżda kien għaddej b’attivitajiet politiċi.
Arrigo qal li hu għamel sagħtejn sħaħ il-parlament, fl-aħħar ġurnata ta’ ħidma parlamentari qabel mal-parlament aġġorna għal vaganzi tas-sajf.
Ma kienx biss Robert Arrigo li ma ivvotax f’dan il-vot storiku. Id-deputat nazzjonalista Claudio Grech ma ivvutax minħabba li kien imsiefer u Stephen Spiteri m’attendiex għal raġunijiet mediċi.
Fredrick Azzopardi wkoll m’attendiex hekk kif mhux jattendi l-parlament minħabba li jinsab ma jiflaħx.