Il-viċi Kap Nazzjonalista Robert Arrigo, li jrid li Adrian Delia jibqa Kap, kompla jeħodha kontra l-fazzjoni Busuttil u ż-żiemel tagħhom Bernard Grech.
F’intervista fuq ix-xejk tv, Arrigo qal kif il-fazzjoni Busuttil tikkritikah ħafna għax hu leali lejn Adrian Delia.
Arrigo qal, “Ġejt kritikat ukoll, għaliex hemm xi ħaġa li ċertu sezzjoni ma tikkritikax.”
Arrigo semma’ kif tul dawn l-aħħar tliet snin esperjenza ħafna bsaten fir-roti. Qal li meta tkellem lid-deputat ta’ Simon Busuttil qisek qed titkellem mal-ħajt.
Hu qal, “Ovvjament titkellem mal-ħajt, il-ħajt ma jirrispondiex.”
Spjega kif huwa rċieva messaġġi li jweġgħuh mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil.
“Xi kultant trid tara l-messaġġi jiġifieri, huma messaġġi li jweġġgħuk.” Spjega Arrigo.
Waqt din l-intervista, Arrigo tkellem dwar l-offerta li għamel lil Bernard Grech il-ġimgħa l-oħra, sabiex ma’ ssirx l-elezzjoni għall-Kap Nazzjonalista.
Arrigo tefgħa botta ċara lejn l-eks Deputat Nazzjonalista Jean Pierre Debono meta tliet snin ċeda s-siġġu parlamentari lil Adrian Delia, meta ġie elett bħala kap Nazzjonalista.
Arrigo qal, “Allura meta xi MP offra s-siġġu kien il-hero, no problem.”
Qal ukoll kif s’issa l-kampanja elettorali għall-Kap Nazzjonalista għadha ma bdietx minħabba l-proċess tad-due diligence. Innota kif la Delia u lanqas Grech m’huma kandidati, hekk kif iż-żewġ kandidati qed jiftaħru li qed jiltaqgħu mat-tesserati.
“Allura għamiltha wara li ssottomettew id-due-dilegince ż-żewġ kandidati, lanqas huma kandidati. Huma żewġ min nies li suppost. Suppost qas il-kampanja m’hemm, suppost. No problem.” Qal Arrigo.