Aktar esponenti nazzjonalisti qed jgħidu li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma mhux vera raħħsu.
Il-poplu malti ilu erba’ snin igawdi minn traħħis ta’ medja ħamsa u għoxrin fil-mija fil-kontijiet tad-dawl.
Iżda l-Viċi Kap Nazzjonalista Robert Arrigo fuq il-programm Dissett, qal li t-traħħis huwa insinifikanti.
Ir-roħs tad-dawl kwazi insinfikanti.
Arrigo kien kritiku wkoll meta tkellem dwar l-ekonomija ta’ pajjizna u kif inbidlet ħajjet iċ-ċittadini maltin u għawdxin. Skond il-viċi kap nazzjonalista kollox baqa’ l-istess.
B’Robert Arrigo ma jirrikkonoxiex is-suċċessi ekonomiċi fost li l-gvern irreġistra s-surplus fil-finanzi tal-gvern u l-akbar tkabbir ekonomiku fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
In-nies qegħdin aħjar minn tlett snin ilu ? Bqajna fejn konna. Sabiħ li tibqa’ fejn tkun.
F’dagħdigħa negattiva, Robert Arrigo qal li f’dawn il-ħames snin taħt dan il-gvern l-inugwaljanza f’pajjizna zdiedet.
Dikjarazzjoni surreali, hekk kif daħlu d-drittijiet ċivili ġodda għall-persuni LGBTIQ fosthom il-liġi għal żwieġ indaqs.
Imma l-inugwaljanza żdiedet.
Intant waqt il-programm Dissett, professjonisti f’setturi differenti taw ċertifikat pozittiv lil gvern fuq oqsma differenti.
Il-Professur Alan Deidun kellu ċertifikat pożittiv għall-ħidma tal-gvern fil-qasam tal-ambjent fejn jidħol l-baħar.
L-avukat Bernard Grech kellu ċertifikat pozittiv għall-gvern fejn tidħol l-effiċjenza, b’investituri barranin qegħdin isibu triq iktar faċli biex jinvestu f’pajjizna.
Bla dubju l-efficjenza brilla l-gvern. Għandek investituri privati isibu triq iktar effiċjenti biex jinvestu f’pajjizna.
Min-naħa tiegħu l-ekonomista Alfred Mifsud kellu kliem pozittiv dwar ritmu ekonomiku li qabad pajjizna. Fost oħrajn dwar is-suċċess tal-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment.