Fl-ittra tar-riżenja tiegħu, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo qal li meta ħa f’idejh il-finanzi tal-Partit Nazzjonalista, sab li kien għad irid iħallas għall-irħam li kien ordna l-Eks Segretarju Ġenerali Joe Saliba.
Robert Arrigo nħatar bħala Teżorier lura f’Jannar li għadda wara li l-Partit Nazzjonalista ma rnexxielu jsib lil ħadd li seta’ jokkupa din il-kariga.
Arrigo qal dan għax l-irħam sa dakinhar kien għadu ma tħallas. L-istess qal dwar il-liċenzji tax-xandir li kienu ilhom ħames snin ma jitħallsu.
Huwa żvela wkoll li l-Partit Nazzjonalista lanqas ma ħallas il-kontijiet tal-elezzjoni ġenerali tal-2008.