L-eks Viċi Kap Nazzjonalista Robert Arrigo stqarr li ħadd mill-Partit Nazzjonalista għadu ma talbu apoloġija għal dak li għadda minnu, lanqas mill-Kap Bernard Grech.
Waqt intervista fuq l-istazzjon Fliving, l-eks Viċi Kap Nazzjonalista ġie mistoqsi direttament jekk saritlux xi apoloġija. Arrigo b’mod skjett wieġeb: “Qatt”.
Imbagħad, il-preżentatur tal-programm reġa’ staqsa lil Robert Arrigo dwar jekk qattx saritlu xi tip ta’ apoloġija mill-Partit Nazzjonalista. Mill-ġdid b’mod skjett, Robert Arrigo wieġeb li “ħadd” ma talbu apoloġija.
Hawnhekk, il-preżentatur staqsa lid-deputat Nazzjonalista jekk saritlux apoloġija minn Bernard Grech.
L-eks Viċi Kap Nazzjonalista qal dan, wara li mat-Times qal li l-Partit Nazzjonalista weġgħu aktar mill-kanċer.
Apparti minn hekk, fl-aħħar ta’ Lulju, waqt li il-Kunsill Ġenerali, li fih Alex Perici Calascione tpoġġa bħala Viċi Kap wara li tellaq waħdu, Robert Arrigo spjega kemm weġġa’ bl-azzjonijiet inumani li saru fil-konfront tiegħu mit-tmexxija Nazzjonalista.
F’diskors fid-Dar Ċentrali, Robert Arrigo kien sostna li twarrab mill-partit ta’ Bernard Grech u kien jingħad lilu li huwa tajjeb biss biss jiġbor il-flus.
Waqt l-intervista fuq l-FLiving, dwar dak li kien qal, Arrigo afferma mill-ġdid li dak li qal kien kollu minnu u ħadd ma jista’ jiċħdu.