Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo ħareġ b’offerta sabiex ma ssirx l-elezzjoni għall-Kap u Adrian Delia jibqa’ Kap.
F’intervista fuq F Living, Robert Arrigo qal li lest li joffri postu ta’ Viċi Kap Nazzjonalista lil Bernard Grech u tieqaf milli issir l-elezzjoni għal Kap.
B’Arrigo jrid li jwaqqaf it-tesserati milli jivvutaw għal Kap Nazzjonalista u Adrian Delia jibqa’ Kap Nazzjonalista u miegħu bħala viċi kap nazzjonalista ikollu lil Bernard Grech.
Robert Arrigo qed jagħmel minn kollox sabiex Adrian Delia jibqa Kap, saħansittra jrid iċedi postu lil Bernard Grech, bil-għan li jikkuntenta lill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil.
Arrigo fetaħ attakk fuq il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, f’batuta qal li dawn iridu jiefqu jsefsfu f’widnejn Bernard Grech. Grech jirrapreżenta lid-deputati li ma jridux lil Delia kap, ewlenin fosthom Jason Azzopardi, Chris Said, Therese Comodini Cachia, Beppe Fenech Adami, Claudette Buttigieg u Karol Aquilina. Ilkoll qegħdin jaħdmu qatiegħ sabiex Bernard Grech jiġi elett Kap.
Ix-xahar li għadda, Arrigo, li huwa leali lejn Delia, ma marx il-parlament jivvota favur il-liġijiet li ressaq il-Gvern sabiex isiru riformi fit-tisħiħ tas-saltna tad-dritt u l-governanza tajba, iżda mar jikkampanja favur Adrian Delia biex dan iżomm postu ta’ Kap.