Sewwieq mal-kumpanija tat-trasport privat Uber inħeles minn akkużi li kien qed jippjana atti terroristiċi wara li nstab jiġġieled ma’ xi Pulizija b’xabla tas-Samuraj barra l-Palazz ta’ Buckingham, Londra.
Il-każ seħħ f’Awwissu tas-sena li għaddiet, meta tliet uffiċjali tal-Pulizija kienu qed jippruvaw jirraġunaw ma’ Mohiussunnath Chowdhury ta’ 27 sena. Huwa baqa’ jinsisti li ma kellu ebda ħsieb li jikkawżlahom xi ġrieħi. Huwa ammetta li kien qed jipprova jneħħi ħajtu b’idejh minħabba l-politika tal-Gvern Ingliż kontra l-Musulmani.