Raġel ta’ 31 sena li jgħix Bormla, u raġel ieħor ta’ 26 sena residenti l-Belt Valletta, ġew arrestati wara li nstabu fil-pussess ta’ aktar minn mitt qratas, allegatament droga kokaina.
Dan wara informazzjoni li ż-żewġ suspettati kienu qegħdin jiffrekwentaw l-akkwati ta’ Triq Manuel Magri fil-Ħamrun u li kien qed isir it-traffikar tad-droga.
Għall-ħabta tas-sebgħa tal-Ħadd filgħodu, il-Pulizija nnotat liż-żewġ suspettati jaslu fuq il-post b’karozza u mutur.
Aktar tard wara, saret tfittxija f’appartament ta’ wieħed mis-suspettati fejn ġew elevati xi dokumenti.
Intant, saret ukoll tfittxija f’appartament fil-Mosta li wkoll jiġi ffrekwentat minn wieħed mill-arrestati, fejn minnu ġew elevati aktar qratas suspettati droga kokaina u eroina, kif ukoll madwar ta’ għoxrin elf ewro fi flus kontanti.
Waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin, il-Maġistrat Philip Galea Farrugia qed imexxi inkjesta.