Il-ħidma tal-Pulizija lbieraħ filgħaxija intensifikat b’rabta mal-każ li fih il-Ħadd li għadda Serb allegatament darab barman Malti.
Inċident li wassal biex Ryan Magro ta’ 27 sena qed jissielet għal vista f’għajn minnhom. Il-Pulizija lbieraħ arrestat żewġ Serbi: wieħed għax kien jixbaħ lill-allegat aggressur u ieħor għax allegatament darab lil Magro, iżda dawn ma kienux l-unika arresti b’rabta ma’ dan il-każ.
L-aħħar żviluppi:
- Ilbieraħ il-Pulizija arrestat raġel b’rabta ma’ dan il-każ, iżda ġie rilaxxat ftit wara hekk kif irriżulta li r-raġel ma kienx l-allegat aggressur iżda kien raġel li jixbħu
- Iżda tard ilbieraħ filgħaxija l-Pulizija daħlitilha informazzjoni dwar l-identità tal-persuna. Għalhekk il-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra marru fir-residenza tiegħu biex isir l-arrest fi Triq Cassarino l-Qawra
- Kien fil-punt li l-Pulizija waslu fir-residenza, li żewġ persuni li jgħixu fir-residenza flimkien mal-allegat aggressur ħarbu minn fuq il-post
- Il-Pulizija kompliet bi tfittxija u rnexxielha tarresta t-tliet persuni
- Wieħed minn dawn it-tliet persuni huwa s-Serb li bejn il-lejl tas-sib u l-Ħadd allegatament ta daqqa ta tazza lil Magro
- Iż-żewġ persuni l-oħra qed jinżammu arrestati biex jgħinu lil Pulizija fl-investigazzjoni