Il-Pulizija arrestat żewġt irġiel f’operazzjoni fi triq il-Mitħna f’Ħal Qormi. Iż-żewġt irġiel, wieħed ta’ 34 sena residenti ż-Żurrieq u ieħor ta’ 46 sena residenti Santa Venera, li kienu armati b’sikkina, kienu għadhom kif wettqu serqa fuq bejjiegħ tal-ħaxix f’Ħal Kirkop.
Kien kmieni wara nofsinhar li l-Pulizija iċċirkondat karozza tat-tip Peugout 108 f’Ħal Qormi fejn tat s-salt u ġew arrestati dawn iż-żewġt irġiel.
Il-Pulizija għamlet tfittxija fil-karozza li huma kienu qed isuqu, fejn allegatament instabu madwar seba’ qratas droga suspettata eroina u kif ukoll flus kontanti.
ONE News, li kien fuq il-post fil-ħin tal-arrest, hu nfurmat li allegatament l-persuni suspettati wettqu sitt serqiet b’armi fl-aħħar ġimagħtejn.
Fost il-lokalitajiet li fihom saru dawn is-serqiet kienu minn Ħal Qormi u l-Ħamrun. Bl-aħħar serqa tkun minn Ħal Kirkop ftit ħin qabel ġew arrestati.
Fuq il-post kien hemm ukoll diversi uffiċjali mid-Dipartiment tar-Reati Maġġuri, il-Pulizija tad-Distrett u dawk tar-Rapid Intervention Unit.
AQRA WKOLL: