Żewġ membri parlamentari mill-kamp tal-Oppożizzjoni f’Hong Kong huma fost is-16 -il persuna li ġew arrestati hekk kif qed tkompli tiżdied it-tensjoni fuq dwak li qed jagħtu s-sapport tagħhom lill-Oppożizzjoni.
Lam Cheuk-ting u Ted Hui Chi-fung, mill-Partit Demokratiku, ġew arrestati l-Erbgħa filgħodu.
Lam qed jiġi akkużat b’inċident li sar fl-Lulju tal-2019, meta rġiel b’wiċċhom mgħammda attakkaw numru ta’ dimostranti.
Huwa kien fost l-għexieren li ndarbu waqt dan l-attakk.
Il-pulizija kienu akkużati li fallew milli jipproteġu d-dimostranti li kienu qed jipprotestaw favur id-demokrazija.