Ġew arrestati żewġ irġiel b’rabta ma’ żewġ serqiet li seħħew it-Tlieta filgħaxija f’banek tal-lottu f’Birkirkara u Burmarrad.
Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li wieħed mill-irġiel – li ġie identifikat bħala Serb, daħal fil-banek tal-lottu armat b’sikkina, filwaqt li raġel ieħor, li huwa Sirjan, kien qed jistenna barra f’vann.
Wara li ġie identifikat il-vann li intuża, kompliet it-tfittxija għaż-żewġ persuni – fejn il-vettura nstabet ipparkjata barra residenza f’San Pawl il-Baħar. Is-Sirjan ġie arrestat f’San Pawl il-Baħar, filwaqt li s-Serb ġie arrestat fil-Mosta.
Waqt li ż-żewġ persuni qegħdin jinżammu fil-lock-up tal-Pulizija, il-Floriana għal aktar investigazzjonijiet, l-istħarriġ tal-Pulizija, kif ukoll l-inkjesta Maġisterjali għadhom għaddejjin.