Żewġ ġuvintur ta’ 16-il sena ġew arrestati b’rabta ma’ ġlieda li kien hemm il-Belt il-ġimgħa li għaddiet, bejn għadd ta’ żgħażagħ.
Il-Pulizija fi stqarrija qalet li huma mistennija jitressqu l-Qorti għada.
F’dan l-argument ġew aggrediti erba’ minorenni, b’wieħed minnhom, ta’ 15-il sena kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
It-tlieta l-oħra ngħataw il-kura f’Ċentru tas-Saħħa.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.