12-il membru ta’ grupp tal-lemin estrem fil-Ġermanja ġew arrestati wara li allegatament kienu qed jippjanaw attakki f’diversi Moskej.
4 mill-irġiel, ilkoll ta’ nazzjonalità Ġermaniża, ġew arrestati fuq suspett li kienu parti mill-grupp imsejjaħ Der Harte Kern, filwaqt li t-8 l-oħra ġew arrestati għax pprovdew lill-grupp bi flus u armi biex iwettqu l-attakki.
L-allegat mexxej tal-grupp Ġermaniż, raġel ta’ 53 sena, kien diġà magħruf mal-awtoritajiet.
Allegatament il-ġimgħa li għaddiet iltaqa’ mal-membri l-oħra u ddiskuta ppjanijiet għal 10 attakki separati fil-Ġermanja, inkluż massakri f’Moskej simili għal dawk li seħħew fi New Zealand is-sena l-oħra.
Qed jingħad li l-irġiel kienu qed jittamaw li bl-azzjonijiet tagħhom iqajmu attakki oħra li jwasslu għal gwerra ċivili.