Tlett irġiel inżammu arrestati wara li tressqu l-qorti b’akkuża li ħallsu subien adolexxenti biex jagħmlu atti sesswali magħhom.
George Bezzina, Alexander Caruana, u Raymong Buttigieg wieħed ta’ 57 sena u tnejn 47 sena kienu akkużati separatament li kkonvinċew lil tliet subien bejn il-15 u s-17 –il sena biex apparti jipparteċipaw f’attivitajiet sesswali u jaraw u jipparteċipaw f’materjal pornografiku.
L-akkużati kellhom ukoll fil-pussess tagħhom ritratti u filmati indiċenti tas-subien.
George Bezzina kien diġa tressaq il-qorti b’offiżi ta’ natura sesswali, u kien miċħud il-ħelsien mill-arrest minħabba s-serjeta tal-każi nvolut fihom.
L-akkużati qed jinżammu arrestati mill-pulizija u l-qorti ħarġet ordni għall-ħarsien tal-vittmi li għandhom iridu jixhdu fil-Qorti.