Tliet persuni ġew arrestati fl-Italja b’rabta mal-inċident b’funikular il-Ħadd li għadda li ħalla erbatax-il persuna mejta.
L-investigaturi fil-każ qalu li l-brekijiet tal-emerġenza ġew diżattivati u t-tliet membri tal-kumpanija tal-operat kienu jafu.
Skont uffiċjal tat-trasport, id-diżattivazzjoni tal-brejkijiet fissret li l-karozza kienet qed tinstaq b’aktar minn mitt kilometru fis-siegħa meta seħħ l-inċident.
Is-suspettati huma s-sid, id-direttur u l-kap tal-operazzjonijiet, tal-kumpanija li kienet responsabbli mill-operat tal-funikular.
Il-cable car waqgħet għoxrin metru għal isfel qrib ix-xmara Maggiore fit-Tramuntana tal-Italja.
L-investigazzjoni tal-Prosekuturi qed tħares lejn suspettat qtil involontarju u negliġenza.