Tliet persuni ġew arrestati fi Franza, hekk kif qed jiġu suspettati li kienu qed jippjanaw attakk terroristiku ieħor fi Franza.
Il-midja Franċiża qalet li bħalissa għaddejja operazzjoni kontra t-terroriżmu fir-residenza ta’ wieħed mis-suspettati f’Clermont-Ferrand. Iż-żewġ arresti l-oħra saru f’Marsilja u f’Pariġi.
Franza tinsab fuq allert massimu hekk kif fl-aħħar snin l-Istat Iżlamiku wettaq numru ta’ attakki f’dan il-pajjiż.