Tliet irġiel ta’ nazzjonalita’ barranija ġew arrestati mill-Pulizija f’Għajnsielem hekk kif fuqhom instabu oġġetti relatati ma’ serq.
Kien għall-ħabta tal-11.00 li l-Pulizija rċiviet informazzjoni li kien hemm tliet persuni suspettuzi f’Għajnsielem.
Fuq il-post marru l-Pulizija mill-Għassa tar-Rabat Għawdex kif ukoll tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali flimkien mar-Rapid Intervention Unit li għamlu ronda fl-inħawi fejn ftit wara ġew arrestati tliet irġiel.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.