Fl-Awstralja ġew arrestati tlett irġiel li kienu qed jippjanaw li jwettqu attakk terroristiku f’Melbourne.
Ingħad li l-grupp kien qed jippjana attakk f’post mimli nies li kellu l-intenzjoni li jħalli kemm jista’ jkun vittmi.
Is-suspettati, li għandhom 21 sena, 26 sena u 30 sena rispettivament, kienu jgħixu l-Awstralja, iżda lkoll imwielda fit-Turkija. Tnejn minnhom huma aħwa. Huma ġew allegatament ispirati minn dawk li jsejħu lilhom infushom Militanti tal-Istat Iżlamiku.
Il-Kummissarju tal-Pulizija qal li l-irġiel kienu qed jippjanaw l-attakk f’post tal-massa, iżda assigura li m’hemm l-ebda theddida għall-pubbliku.