Il-Pulizija Awstraljana arrestat seba’ żgħażagħ ta’ bejn il-ħmistax u s-sbatax-il sena, f’mewġa ta’ rejds kontra t-terroriżmu li qed isiru f’Sydney, wara li x’aktarx, kienu qed jippjanaw attakk terroristiku.
Huwa mifhum li s-suspettati għandhom ideoloġiji estremisti vjolenti mmotivati mir-reliġjon.
Ir-rejds qed isiru wara li l-ġimgħa l-oħra ġie attakkat isqof b’daqqiet ta’ sikkina, f’dak li l-Pulizija ddikjarawh bħala ‘att terroristiku’.
L-investigaturi allegaw li ż-żgħażagħ arrestati jiffurmaw parti mill-istess grupp taż-żagħżugħ ta’ sittax-il sena li qed jiġi akkużat bl-attakk fuq l-isqof, li seħħ waqt ċerimonja li kienet qed tixxandar live.