Il-Forzi Libjani ġewwa Zuwara fil-Libja arrestaw tlett irġiel Eġizzjani wara li nqabdu ġewwa maħżen jibnu dgħajjes biex jintużaw mill-immigranti.
Ritratti ppubblikati mill-forzi Libjani wrew tliet dgħajjes tal-injam li kienu f’diversi stadji ta’ kostruzzjoni.
Rapporti fil-midja Libjana qed jgħidu li l-irġiel mistennija jaffaċċjaw proċeduri legali.
Ftit tal-jiem qabel il-forzi Libjani kissru wkoll ċirku tat-traffikar tal-immigranti Eġizzjani fid-deżert.
Intant, tul dawn l-aħħar jiem il-Gwardja tal-Kosta Libjana interċettat numru ta’ dgħajjes bl-immigranti minn ibħra Libjani.
F’żewġ operazzjonijiet separati fl-ewwel jum ta’ Ġunju l-qawwiet navali Libjani interċettaw aktar minn 200 persuna.