F’Għawdex il-Pulizija arrestat iż-żewġ Libjani suspettati bi qtil il-ġimgħa li għaddiet. Bħalissa l-Libjani qed ikunu interrogati mill-Pulizija u mistennija jitressqu l-Qorti fis-sigħat li ġejjin.
Il-Libjani huma Zyad Mohammed Drebeka u Ahmed Rasem Franko, żewġ persuni ta’ 23 u 29 sena rispettivament. Qegħdin jiġu mfittxija mill-Pulizija b’konnessjoni mal-mewt ta’ Kolumbjan wara argument li seħħ nhar il-Ħamis, dsatax ta’ Mejju, fi stabbiliment f’Paceville.