Ħames persuni ġew arrestati b’suspetti marbuta mal-attentat fi Strasburgu fil-ħdax ta’ Diċembru f’suq tal-Milied.
Skont il-mezzi tax-xandir, il-ħames persuni arrestati jagħmlu parti mill-istess familja, u se jiġu akkużati li għaddew l-armi lill-aggressur Cherif Chekatt.
Cherif Chekatt ta’ disgħa u għoxrin sena, is-suspettat ewlieni, li kien inqatel jumejn wara l-attentat, kien instab filmat tiegħu joffri l-appoġġ sħiħ lill-Istat Iżlamiku.
Fl-attentat tal-11 ta’ Diċembru kienu nqatlu ħames persuni.