Disa’ persuni ġew arrestati fil-Ġermanja u l-Olanda wara suspett li kienu qed jiġbru flus iwettqu attakk terroristiku.
Il-midja Internazzjonali rrappurtat kif dawn il-persuni li ġejjin minn pajjiżi Ażjatiċi, jiffurmaw parti mill-Istat Islamiku.
Seba’ minnhom ġew arrestati fil-Ġermanja u l-awtoritajiet akkużawhom li waqqfu grupp terroristiku u li issaportjaw lill-ISIS.
Ġier irrappurtat ukoll kif dawn telqu mill-Ukrajna ftit wara li bdiet l-invażjoni Russa f’dan il-pajjiż.