F’operazzjoni li saret dalgħodu mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra t-Terroriżmu f’erba’ lokalitajiet differenti madwar Malta, ġew arrestati erba’ persuni ta’ nazzjonalità x’aktarx Libjana b’konessjoni ma’ traffikar tal-bnedmin.
Dan bħala parti mill-ġlieda tal-awtoritajiet kontra dan ir-reat.
L-operazzjoni kienet mifruxa madwar r-Rabat Malta, Ħ’Attard, Ħal Qormi u s-Swieqi, fejn fir-Rabat instabet ukoll sustanza suspettata droga, li l-ewwel indikazzjonijiet juru li kienet għall-użu personali.
ONE News hu nfurmat li din l-operazzjoni twettqet wara diversi jiem ta’ osservazzjoni, bl-iskop li jiġu arrestatti in-nies involuti fi traffikar ta’ persuni, u sabiex tkun imħarsa s-sigurtà nazzjonali.
L-operazzjoni tmexxiet mis-Supretendent George Cremona u l-Ispettur Omar Zammit, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.