Partitarji ultras tat-timijiet tal-futbol Taljani Inter Milan u AC Milan ġew arrestati f’operazzjoni ta’ kontra l-Mafja.
Il-Pulizija arrestaw dawn il-partitarji fuq akkuża li ħolqu gruppi kriminali bil-għan li jikkontrollaw in-negozji fuq ġewwa u fuq barra tal-istadium li jilagħbu fih, jiġifieri San Siro.
B’kollox, 19-il persuna ġew arrestati t-Tnejn, bil-midja Taljana tgħid li l-akkużi jinkludu anke vjolenza u reati kriminali serji oħrajn.
Minbarra dawk arrestati, il-Pulizija wettqet ukoll tfittxijiet fid-djar ta’ aktar minn 50 partitarju.