Aktar minn 5,000 persuna ġew arrestati wara protesti favur Navalny madwar ir-Russja wara li kienu qed jipprotestaw għall-ħelsien ta’ Alexei Navalny.
Fil-mira ta’ dawn il-protesti kien hemm l-President Russu Vladimir Putin.
Fost dawk li kienu qed jipprotestaw kien hemm mart Navalny.
L-protesti skattaw minkejja l-isforzi mill-awtoritajiet Russi sabiex tikkalma s-sitwazzjoni.
Intant it-tim ta’ Navalny sejħu għal protesta oħra f’Moska nhar it-Tlieta li ġej fejn dakinhar mistenni li jinstema l-każ tiegħu fil-Qorti.
Filwaqt li s-Segretarju tal-Affarijiet Barranin Ingliż Dominic Raab talab lill-Kremlin sabiex dawk arrestati jiġu meħlusa. Spjega kif il-protesta kienet waħda paċifika u li għandhom dritt għal-libertà tal-espresssjoni.
Dan filwaqt li kkundanna l-aġir tal-awtoritajiet Russi.