It-Taliban arrestaw ħames nisa li ħadu sehem fi protesta fil-kapitali Afgana, Kabul, kontra l-projbizzjoni tan-nisa li jattendu l-universitajiet. Barra minn hekk, ġew arrestati tliet ġurnalisti. Il-protesti hu mifhum ukoll li saru fil-provinċja ta’ Takhar.
Il-gwardjani waqqfu mijiet ta’ nisa milli jidħlu fl-universitajiet ilbieraħ – jum wara li tħabbret il-projbizzjoni. Din hija l-aħħar mossa li tirrestrinġi l-edukazzjoni tan-nisa minn meta t-Taliban irritorna fil-poter is-sena li għaddiet. Il-bniet diġà ġew esklużi mill-iskejjel sekondarji.
Il-projbizzjoni l-ġdida ġiet implimentata b’effett immedjat mill-Ministru tal-edukazzjoni għolja nhar it-Tlieta, bl-universitajiet pubbliċi u privati ordnati jipprojbixxu lin-nisa milli jattendu.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni qal li l-istudjużi tiegħu evalwaw il-kurrikulu u l-ambjent tal-università, u l-attendenza għan-nisa hija sospiża “sakemm jiġi pprovdut ambjent xieraq”.