Raġel Malti ta’ 28 sena ġie arrestat f’Marsaxlokk wara jiem ta’ osservazzjoni mill-iskwadra ta’ kontra d-droga.
Fil-pussess tal-arrestat instabu ammont ta’ flus kontanti, qratas b’sustanza bajda suspettata droga kokaina, kif ukoll borza mdaqqsa b’sustanza suspettata droga kannabis lesti sabiex jiġu ttraffikati.
F’każ ieħor fil-lejl ta’ bejn it-23 u l-24 ta’ Ġunju, waqt raid li sar ġewwa stabiliment f’San Ġwann ġew arrestati tliet irġiel Maltin li l-eta’ tagħhom tvarja bejn it-18 u d-49 sena. Fil-pussess ta’ dawn il-persuni nstabet sustanza bajda suspettata droga kokaina.
Minn ġewwa l-istabiliment, ġie elevat ukoll pouch li kien fih diversi boroż b’sustanza bajda suspettata droga kokaina lesta sabiex tiġi traffikata.
B’dan il-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr J Mifsud LL.D, li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.