Il-Pulizija ta’ Malta, bl-għajnuna tas-Servizzi tas-Sigurta’ u tal-Forzi Armati ta’ Malta, arrestat erba’ persuni f’operazzjoni b’rabta mal-każ ta’ bomba li tpoġġiet taħt vettura ġewwa l-Fgura nhar l-4 ta’ Jannar 2018, liema bomba ma kienitx ħadet.L-operazzjoni bdiet kmieni filgħodu wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet fejn l-arresti saru fil-Qajjenza. Bħalissa għaddejjin aktar tfittxijiet f’diversi postijiet relatati.
L-erba’ persuni arrestati huma kollha rġiel, tlieta minnhom minn Birżebbuġa u wieħed mix-Xgħajra.
Il-Maġistrat tal-Inkjesta nżammet infurmata bl-iżviluppi kollha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Intant il-Ministru Michael Farrugia faħħar l-impenn tal-Pulizija, tas-Servizzi Sigrieti u l-Forzi Armati tax-xogħol siewi li huma wettqu.
Well done and thank you in the name of the people of Malta and Gozo to the Malta Police, Security Service and the Armed Forces of Malta for a job well done today after weeks of investigations
— Michael Farrugia (@dr_micfarr) March 15, 2018