Wara jiem ta’ sorveljanza, matul il-jum tal-Ħadd, il-Pulizija assistiti minn Uffiċċjali mill-Aġenzija għas-Servizzi tad-Detenzjoni wettqu diversi spezzjonijiet fi spazji pubbliċi u residenzi privati f’Għawdex.
Matul dawn l-ispezzjonijiet ġew arrestati tnejn u tletin persuna li nstabu jgħixu b’mod irregolari fil-pajjiż.
Dawn il-persuni – mill-Ghana, mis-Sirja, mill-Etjopja u s-Sudan – ittieħdu f’Ċentru ta’ Detenzjoni fejn inbeda l-proċess sabiex jiġu ritornati lejn il-pajjiż tal-oriġinu jew f’pajjiż fejn jistgħu joqogħdu.
Dawn l-ispezzjonijiet mistennija jissoktaw fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin.