Fl-Istati Uniti u l-Kanada nsterqu d-dettalji personali ta’ madwar 106 miljun persuna, wara li kien hemm hacking fuq il-kumpanija Capital One.
Din l-aħbar ħarġet ilbieraħ wara li persuna kienet arrestata b’rabta ma’ dan il-każ.
Il-kumpanija, Capital One, qalet li l-informazzjoni misruqa tinkludi; ismijiet, indirizzi u n-numri tat-telephone ta’ dawk li applikaw għal credit cards. Kif ukoll kemm għandhom flus il-klijenti u informazzjoni ta’ pagamenti passati.
Minkejja dan il-kumpanija sostniet li fortunatament il-hacker ma rnexxilux jaċċessa n-numri tal-kontijiet bankarji.
Fi stqarrija, il-kumpanija qalet li dan l-attakk affettwa 100 miljun persuna fl-Istati Uniti u 6 miljun oħra fil-Kanada.
Dan ir-reat ġie iddentifikat fid-19 ta’ Lulju.