Ġiet arrestata mara b’rabta mal-mewt ta’ tifla li nstabet mejta f’residenza f’Rhondda Cynon Taff fl-Ingilterra.
It-tifla kien jisimha Amelia Harris ta’ tliet snin.
Il-mara ta’ 37 sena ġiet arrestat meta tim tal-emerġenza ssejħu fuq il-post għall-ħabta tal-22:20 ta’ filgħaxija.
Il-Pulizija appellat għal ebda spekulazzjoni b’rabta mal-inċident fuq il-midja soċjali.
Kienu bosta’ li fakkru lit-tifla ċkejkna fuq ix-xena b’pupi u fjuri mpoġġijin qrib ir-residenza.
S’issa l-Pulizija m’hi qed teskludi xejn iżda qed tqis din il-mewta bħala waħda mingħajr spjegazzjoni.