Il-Kaptan ta’ Sea Watch 3, Carola Rackete, ġiet arrestata fl-Lampedusa.
Dan wara li l-Ministru Taljan Matteo Salvini rrifjuta li jħalli lit-53 immigrant abbord il-bastiment sabiex jidħlu f’Port sigur fl-Italja.
Minkejja dan, il-Kaptan xorta waħda daħlet il-bastiment fil-port mingħajr ma ngħatat il-permess mill-awtoritajiet sabiex tagħmel dan.
Intant waqt is-Summit tal-G20, Il-Prim Ministru tal-Italja Giuseppe Conte qal li ntlaħaq ftehim sabiex diversi pajjiżi Ewropej jieħdu dawn l-immigranti.