Il-kaptan Libjan Abdulraham Milad al Bija ġie arrestat wara li allegatament kien qed imexxi t-traffikar uman ġewwa l-Libja.
Huwa ġie arrestat mis-Servizzi Speċjali ta’ Radda l-Erbgħa wara nofsinhar ġewwa Hay Andalus fi Tripli.
Al Bija kien sanzjonat mill-Ġnus Magħquda u kien meqjus bħala figura importanti fil-kriminalità organizzata marbuta mat-traffikar uman u l-immigrazzjoni llegali.