Żagħżugħ ta’ erbgħa u għoxrin sena minn Ħaż-Żabbar ġie arrestat mill-Pulizija hekk kif allegatament qed jitqies bħala l-moħħ wara l-ħruq ta’ diversi vetturi.
Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li waslet għal din il-konklużjoni wara li waslitilhom informazzjoni li kienet qed issir konspirazzjoni ta’ ħruq ta’ vettura.
Iż-żagħżugħ mistenni jitressaq il-qorti fis-sigħat li ġejjin akkużat bil-konspirazzjoni ta’ ħruq ta’ vettura kif ukoll li ħoloq biża’ ta’ vjolenza.