Skalin ta’ 21 sena inżamm taħt arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li daħal f’ każin fil-Ħamrun biex jisraq magna tas-sigaretti.
Fil-Qorti tal-Maġistrati, Brandon Pace ta’ 21 sena kien mixli li seraq b’ €1,200 sigaretti u €1,550 oħra minn vending machine, li kkawża ħsara lill-propjetà ta’ ħaddieħor, li reġa’ kkommetta reat u li kiser il-kundizzjonijiet ta’ ħelsien mill-arrest preċedenti.
L-akkużat wieġeb mhux ħati iżda ma talabx għall-ħelsien mill-arrest.