Sejba ta’ kważi tliet kilogrammi droga pjanta kannabis waslu għall-arrest ta’ żagħżugħ mill-Etjopja ta’ sebgħa u għoxrin sena residenti fl-Imsida.
Is-sejba saret wara ħidma konġunta bejn l-uffiċjali tad-Dwana kif ukoll l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga- fejn l-imsemmija sustanza nstabet moħbija f’boroż tal-plastik li kien fihom konsenja ta’ tifkiriet mibgħuta lilll-ġuvni.
L-imputat mistenni li jitressaq il-Qorti għada akkużat b’pussess u importazzjoni tal-pjanta kannabis.