Allister Camilleri, Marsi ta’ 39 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li allegatament wettaq diversi serqiet minn ħwienet u lukandi u li hedded persuni b’sikkina wara li qalilhom li kien se jisplodihom b’bomba.
Waqt li wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih Camillieri pprova jħebb ukoll għal grupp żgħir ta’ ġurnalisti li kienu preżenti biex jirrappurtaw il-każ.