Antoine Mallia ta’ 42 sena minn Ħaż-Żebbuġ deher quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella wara li ġie akkużat li seraq rota. Huwa kien akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja.
Huwa ġie identifikat li seraq ir-rota u kien arrestat fl-għassa ta’ Ħaż-Żebbuġ. Wieġeb li mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
L-avukat tal-għajnuna legali Noel Bartolo talab għall-ħelsien mill-arrest.
Madankollu l-prosekuzzjoni mmexxija mill-ispettur Kylie Borg wieġbet li l-akkużat m’għandux jingħata l-ħelsien mill-arrest għaliex għad hemm xhieda li jridu jixdu fil-proċeduri.
B’hekk il-Maġistrat Gabriella Vella ordnat li l-akkużat jibqa’ jinżamm taħt arrest.