Rumen qabeż żewġ sulari u spiċċa midrub f’bitħa ta’ garaxx fil-Ħamrun b’ammont ta’ flus kontanti fuqu. Dan ġara għall-ħabta tas-1.30 kmieni dalgħodu, fi Triq id-Duka ta’ Edinburgh, il-Ħamrun.
Ftit tal-ħin qabel il-pulizija tad-distrett flimkien mal-membri mir-Rapid Intervention Unit kienu msejħa fuq il-post fejn minn barra l-akkwata ma ġie nnutat xejn suspettuz. Ftit tal-ħin wara instema’ ħoss ġej minn ġewwa u l-pulizija tar-Rapid Intervention Unit daħlu ġol-bitħa tal-garaxx ġie nnutat raġel midrub.
Għaldaqstant fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza sabiex jassistu lir-raġel.
Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei sabiex jinagħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investogazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.