Raġel ta’ 33 sena residenti l-Belt Valletta ġie arrestat wara li nstabu fil-pussess tiegħu 51 qartas b’sustanza bajda suspettata kokaina u 33 qartas b’sustanza kannella suspettata eroina, f’San Pawl il-Baħar.
Kmieni dalgħodu, il-Pulizija nnutaw movumenti suspettużi tar-raġel fi Triq il-Ħġejjeġ u ftit wara allegatament deher jgħaddi xi pakketti lil persuna oħra fi Triq Ġulju.
Kien hawn li r-raġel induna bil-preżenza tal-Pulizija u ħarab jiġri minn fuq il-post, bil-pulizija tiġri warajh f’diversi toroq sakemm twaqqaf u ġie arrestat fi Triq iċ-Ċern.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella ħatret inkjesta.
Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija il-Floriana, waqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.