Ħidma tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wasslet għall-arrest ta’ raġel ta’ 28 sena minn San Pawl il-Baħar.
Dan wara li fil-pussess tiegħu nstabu madwar 3 kilogrammi sustanza – allegatament pjanta tal-kannabis, lesta biex tiġi traffikata.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Joseph Mifsud li ħatar diversi esperti biex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, u l-ġuvni mistenni jitressaq il-Qorti għada l-Ħadd.