Libjan ta’ 37 sena li joqgħod Santa Venera ġie arrestat mill-Iskwadra tar-Rapid Intervention Unit b’rabta ma’ attentat ta’ serqa li kienet qed isir f’appartament fi b’Triq il-Kappillan Mifsud fil-Ħamrun. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5:30 ta’ filgħodu.
Huwa nżamm minn tliet persuni sakemm waslu l-Pulizija fuq il-post. Il-Libjan ġie arrestat minnufih. Waqt li kien qed jinħareġ mill-appartament kien aggressiv mal-membri tal-Pulizija.
Ir-raġel ittieħed l-Għassa tal-Ħamrun u wara ġie eskortat lejn il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għall-iktar stħarriġ.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija f’dan il-każ qed jitmexxew mill-Pulizija tal-Għassa tal-Ħamrun.