Il-Pulizija arrestat raġel minn San Pawl il-Baħar wara li nqabad jimporta pakkett marijuana bil-posta. Kien lejn tmiem il-ġimgħa li għaddiet meta pakkett imdaqqas li wasal bl-ajru Malta mill-Messiku, u li kien iddikkjarat lid-Dwana li kellu fih biss karti u dokumenti, instab li, fil-fatt, bejn il-konsenja ta’ dokumenti kien hemm moħbi pakkett ieħor b’sustanza suspettuża.
Minn eżami preliminari li għamlu l-Uffiċjali tad-Dwana kien hemm indikazzjoni ċara li s-sustanza setgħet kienet marijuana.
Il-pakkett ġie mgħoddi f’idejn il-Pulizija ta’ Kontra d-Droga, li wara li kkonfermaw fil-laboratorju li tali sustanza kienet marijuana, komplew bl-investigazzjonijiet li waslu għall-arrest ta’ persuna residenti San Pawl il-Baħar.