Raġel ta’ 29 sena mill-Eritrea ġie arrestat fuq pussess ta’ droga kokaina u ħaxixa tal-kannabis. Mill-ammont jidher li d-droga ma kinitx għall-użu personali tiegħu.
Huwa ġie arrestat il-Ħadd filgħaxija waqt ronda li kienet qed issir mill-Pulizija f’żona ta’ divertiment f’San Ġiljan.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Victor Axiaq ġie infurmat bis-sejba u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Ir-raġel ittieħed fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal aktar stħarriġ u mistenni jitressaq il-Qorti b’arrest għada u akkużat bit-traffikar u pussess aggravat ta’ droga f’żona fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ.