Raġel ta’ nazzjonalità Amerikana ġie arrestat wara li nqabad b’munizzjon fil-bagalja tiegħu mill-Uffiċjali tas-Sigurtà tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Huwa kien ħa jaqbad titjira lejn Frankfurt biex minn hemm jaqbad titjira oħra lejn Florida ġewwa l-Istati Uniti.
Il-Pulizija ta’ Malta qed tinvestiga l-każ.